Futbol Sport

Jose Mourinho jinħatar kowċ ta’ Roma

Roma ikkonfermaw li l-kowċ Jose Mourinho se jkun qed imexxi l-iskwadra għall-istaġun li ġej, wara li aktar kmieni ħabbru li Paulo Fonseca se jkun qed iħalli lill-klabb fl-aħħar tal-istaġun.

Il-Portugiż iffirma kuntratt ta’ tliet snin sal-2024 wara li ġimgħatejn ilu tkeċċa minn Tottenham Hotspur, ftit jiem qabel ma’ t-tim kellu jilgħab il-finali tal-Carabao Cup, li eventwalment tilfu kontra Man City bl-iskor ta’ 1-0.

Għal Mourinho din se tkun it-tieni esperjenza fis-Serie A wara li bejn l-2008 u l-2010 mexxa lil Inter, fejn irnexxielu jirbaħ it-treble fl-2010. Fl-ewwel kummenti tiegħu Mourinho qal li wara li tkellem mas-sidien ta’ Roma huma laħqu ftehim fuq il-proġett li jridu jibnu f’Ruma, filwaqt li jinsab ħerqan biex jibda jaħdem għall-istaġun li ġej.