Ħaddiema tas-salvataġġ qed jaħdmu fi ġlieda kontra l-ħin biex jippruvaw joħorġu minn qalb it-tifrik persuni li sabu rwieħhom mirduma meta kkrolla pont tal-ferroviji.
Tal-anqas 20 persuna, fosthom xi tfal, ġew ikkonfermati mejta wara li kkollassa pont f’Mexico City bir-riżultat li ferrovija li kienet għaddejja minn fuqu baqgħet nieżla għal fuq it-triq ta’ taħtha bil-konsegwenza li radmet taħta għadd ta’ karozzi.
Madwar 70 persuna oħra sa issa hu mifhum li ndarbu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30pm.
Il-linja numru 12 li huwa s-sit tal-inċident kien suġġett ta’ kontroversji kbar fost allegazzjonijiet ta’ irregolartijiet fil-proċess tal-bini.
Skont is-sindku tal-belt, Claudia Sheinbaum, il-pont krolla wara li ċeda travu li kien qed iserraħ fuqu.
//= $special ?>