Fl-aħħar xhur, persuni li jgħixu Għawdex u li jieħdu l-mediċina tal-HIV qed ikollhom jiffaċċjaw skariġġ żejjed biex jieħdu trattament tant importanti għalihom.
Ftit tax-xhur ilu, il-Gvern bidel il-mediċina tal-HIV iżda magħha nbidel ukoll il-proċess biex wieħed jiġborha.
Filfatt, fejn qabel persuna li qed tieħu din il-mediċina setghet tiġborha mill-isptarijiet, issa, dawn jistgħu jinġabru mill-ispiżeriji. Dan ikkonfermah l-istess Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.
Madankollu dan it-tibdil qed jagħmilha ferm diffiċli għall-Għawdxin u persuni residenti fuq din il-gżira biex jakkwistaw it-trattament tagħhom. Dan għaliex fejn qabel dawn setgħu jiġbruh mill-isptar t’Għawdex issa jridu kull darba jinżlu Malta għaliex il-mediċini mhux disponibbli f’Ghawdex.
Il-President ta’ LGBTIQ Gozo Eman Borg tkellem ma’ Net News fejn appella biex din il-kwestjoni tiġi rizolta kemm jista’ jkun malajr.
Sal-lum dawn il-persuni mhumiex jingħataw soluzzjoni u mat-tbatija li diġà għandhom… qed jiżdidilhom l-iskariġġ zejjed biex sempliċiment jieħdu t-trattament li għandhom bżonn.
//= $special ?>