Coronavirus Ekonomija Internazzjonali Saħħa Turiżmu

Spanja u l-Italja jkomplu t-triq lejn in-normalità

Ritratt: Getty Images

L-awtoritajiet Spanjoli lesti biex minn dan ix-xahar stess jiftħu l-pajjiż għat-turiżmu. Fil-fatt, qed jingħad li b’mod immedjat il-gżejjer Balejariċi se jkunu qed jilqgħu l-ewwel turisti mir-Renju Unit – b’Ibiża, Majorca u Minorca fost l-aktar destinazzjonijiet popolari mal-Ingliżi.

Mis-17 ta’ Mejju, il-Gvern Ingliż se jkun qed jippubblika ‘Green List’ ta’ dawk il-pajjizi li fihom jista’ jsir safar. U ghalhekk, l-awtoritajiet tat-turizmu fi Spanja qed jittamaw li pajjizhom ikun fuq din il-lista.

Pozittivi wkoll l-ahbarijiet li hergin mill-Italja, hekk kif ghal jum iehor komplew jonqsu l-kazi pozittivi ta’ Covid-19.

Id-Danimarka, li din il-gimgha iddeċidiet li mhux se tkun qed tamministra l-vaċċin tal-Johnson & Johnson, bdiet l-ewwel passi biex treġġa’ lura l-ħajja għan-normal fid-dawl ta’ rati baxxi t’infezzjoni, bl-iskejjel primarji jerġgħu jiftħu għall-istudenti kif ukoll il-kunċerti, teatri u swali taċ-ċinema se jkunu jistgħu jospitaw udjenza sa massimu ta’ 2,000 persuna. Din ix-xejra qed tesperjenzaha ukoll il-Polonja hekk kif se jiftħu x-shopping centres, Mużewijiet u bl-iżgħar fost it-tfal jistgħu jirritornaw l-iskola.

U minkejja li l-Ġermanja rrappurtat tnaqqis drastiku fl-infezzjonijiet għal ftit aktar minn 7,500 persuna, il-festival popolari tal-birra fil-Bavaria, l-Oktoberfest, reġa’ ġie kkanċellat għat-tieni sena konsekuttiva kawża tal-pandemija, bl-organizzaturi beżgħana mir-riskji li festival bħal dan jista’ joħloq hekk kif jiġbed folol kbar, inkluż turisti, li stmati jilħqu s-6 miljun persuna.

Intant…l-Ogħla Qorti fil-kapitali Indjana New Delhi ordnat lill-Gvern tal-istat ta’ Delhi biex jissupplixxi lill-isptarijiet bl-ossiġnu neċessarju għall-pazjenti bil-COVID-19 …bħala dritt kostituzzjonali għall-protezzjoni tal-ħajja. Dan wara li l-isptarijiet kienu kostretti jduru fuq il-qrati wara li dawn spiċċaw mingħajr provvista tal-ossiġnu.