Lokali

Tfittxija għal allegati ħallelin wara li nqabdu fuq camera tas-sigurtà

Il-Pulizija għaddejjin bi tfittxija ta’ żewġt irġiel, allegatament barranin wara li x’aktarx itTlieta filgħodu daħlu sabiex jisirqu minn binja ta’ appartamenti f’Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9 fi Triq Locker meta ż-żewġt irġiel inqabdu fuq filmat miġbud minn cameras tas-sigurtà quddiem il-bieb ta’ appartament.

Madanakollu wieħed mill-irgiel irrealizza bil-camera quddiem il-bieb tar-residenza u telqu ‘l hemm.

Dwar il-każ twettaq rapport mal-Pulizija li bdiet tfittxija għall-allegati ħallelin.