Coronavirus Lokali Saħħa

30 każ ġdid tal-Covid-19, ifiqu 38 persuna

Fl-aħħar sigħat instabu 30 każ ġdid tal-Coronavirus, filwaqt li fiequ 38 persuna mill-virus. Dan ifisser li l-każijiet attivi issa niżlu għal 280. L-ammont ta’ fatalitajiet kaġun ta’ dan il-virus baqa’ 416.

Fatt pożittiv hu li fl-aħħar sigħat ingħataw ‘il fuq minn 5,000 vaċċin tal-Covid, bl-ammont ta’ persuni li nagħtaw iż-żewġ dożi huwa dak ta’ 111,318. Sa issa, madwar kwart tal-popolazzjoni ngħatat it-tilqima sħiħa.

F’pajjiżna kellna 30,411 każ tal-Covid-19, filwaqt li kellna wkoll 29,715-il persuna li fiequ.

Intant, it-Tlieta infetħet ir-reġistrazzjoni għat-tilqima għal dawk kollha li għandhom tletin sena jew aktar. Tul il-jum, kien hemm rapporti ta’ kjuwijiet twal barra ċ-ċentri fejn qed jingħataw it-tilqim, partikolarment fl-Univeristà.

F’inqas minn ġimgħa oħra mistennija jkunu rrilassati aktar miżuri ta’ mitigazzjoni f’pajjiżna. Fosthom, minn nhar it-Tnejn, meta ir-ristoranti jiftħu parzjalment il-bibien tagħhom, li se jkunu jistgħu jiftħu sal-5pm. Madankollu jibqgħu magħluqin u bla ħjiel ta’ meta se jergħu jiftħu il-gyms, il-barijiet u l-każini, l-iskejjel tal-Ingliż u għadd ta’ negozji oħra, filwaqt li pajjiżna qed jimmira li nibdew naraw it-turiżmu jerġa’ jirranka f’pajjiżna f’Ġunju.