Lokali

Bernard Grech isejjaħ laqgħa urġenti tal-Eżekuttiv tal-PN

Wara li kien innutat li kien hemm posts fuq il-mezzi soċjali minn deputati li setgħu saru bi ksur tar-regolamenti tal-partit, il-Kap Bernard Grech sejjaħ laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv b’urġenza għal għada l-Ħamis 6 ta’ Mejju fis-7 ta’ filgħaxija.

Fi stqarrija maħruġa mis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech intqal li dan se jsir sabiex skont l-Istatut, il-Kumitat Eżekuttiv jieħu d-deċiżjonijiet kollha li jidhirlu xierqa f’dawn iċ-ċirkostanzi.