Lokali

Drenaġġ ikompli jfur fil-baħar f’Tal-Pietà

Għal dawn l-aħħar jiem is-sit ta’ Net News ilha tirċievi għadd ta’ messaġġi mingħand ir-residenti Tal-Pietà minħabba problema ta’ drenaġġ li hemm.

Infatti r-residenti ilhom jirraportaw dan l-ilment hekk kif l-irwejjaħ ilhom jaħkmu z-zona għal numru ta’ jiem, bl-awtoritajiet ma jieħdu l-ebda azzjoni għal din il-problema sanitarja.

Uħud qalu magħna li bl-irwejjaħ li jkun hemm lanqas jazzardaw jiftħu t-twieqi. Ħafna wkoll qalulna li dan kollu qed iħalli impatt ħażin anki fuq l-ambjent taz-zona.