Coronavirus Lokali Saħħa

FILMAT: Stennija twila minn bosta biex jingħataw il-vaċċin

Bosta stennew għadd ta' sigħat għall-appuntament tagħhom

Mijiet ta’ persuni għaddew numru ta’ sigħat fil-kju biex jieħdu l-vaċċin wara kju twil fl-Università ta’ Malta.

Kienu numru ta’ persuni li tkellmu ma’ Net News fejn iddiskrivew li f’waqtiet kien hemm ‘il fuq minn 500 persuna biex fil-kju, b’uħud jilmentaw fuq in-nuqqas ta’ koardanizazzjoni mill-Awtoritajiet.

“Kien hemm nies fejn ġew fil-kju bla appuntament”

F’filmat li ġbidna bħala Net News domna kważi 5 minuti biex wasalna mill-bidu, sal-aħħar tal-kju.

Ħafna qalu li forsi kien hemm xi żbalji fl-appuntamenti li tqassmu, b’oħrajn ilmentaw li kien hemm anki kju ġewwa.