Lokali Parlament

Il-gvern abbanduna n-negozji żgħar

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo kkritika lill-gvern għall-mod kif abbanduna lin-negozji żgħar li huma mwarrba.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal i l-Malta Enterprise ma tistax taċċetta nuqqas ta’ attenzjoni lejn l-imprendituri żgħar. Hu sostna li l-fondi mill-UE u staqsa xi programmi ta’ re-start se jingħataw lin-negozji li kellhom diffikultajiet kbar.

Edwin Vassallo appella biex jingħataw ammont ta’ flus kontanti biex dawn ikunu jistgħu jibdew mill-ġdid. Illum il-gvern abbanduna lin-negozji żgħar tant li hemm telqa kbira fiż-żoni industrijali.

Edwin Vassallo semma’ d-diżorganizzazzjoni fiż-żona industrijali tal-Mosta u appella biex il-gvern jimmodernizza ż-żoni industrijali kollha. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern ma għinx lill-ħaddiema kollha fil-pandemija tal-COVID u spjega kif is-sidien tan-negozji qed jirċievu madwar €600 netti miut-€800 li qed jgħid il-gvern.

Edwin Vassallo kompla li n-negoju żgħar li jaħdmu sa disa’ persuni jħaddmu madwar terz tal-impjegati f’Malta u għalhekk dawn l-intrapriżi jridu jingħataw iktar attenzjoni.

Fl-2016 in-negozji kienu jħaddmu 34,000 impjegat, l-industrija kienet tħaddem 24,780 ħaddiem u l-kostruzzjoni tħaddem 12,900 ħaddiem. Fit-trasport kien hemm 11,000 impjegat, fl-akkomodazzjoni kien hemm 19,000 ħaddiem, fl-informazzjoni kien hemm 8,000 ħaddiem u fis-servizzi professjonali kien hemm 13,000 ħaddiem.

Edwin Vassallo qal li l-burokrazija u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed ikunu ta’ problema kbira u huma piż.

Hu sostna li hawn nuqqas ta’ parkeġġi biex jilħqu d-domandi waqt li t-toroq m’humiex ilaħħaq lanqas mad-domanda minħabba li ħafna toroq infetħu biex jinbnew iktar torrijiet. Jeħtieġ li l-prodotti Maltin jingħataw prijorità u jkun hemm l-innovazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-banek qed jieħdu deċiżjonijiet li qed jimpattaw lin-negozji u staqsa min qed iħallas biex il-pajjiż jerġa’ jipprova jġib il-fiduċja li l-pajji tilef minħabba l-korruzzjoni.

Hu appella biex ikun hemm soluzzjonijiet għan-negozji żgħar f’Malta li għadhom bla risposti biex ikabbru l-investimenti tagħhom. Jirriżulta skont il-Bank Ċentrali, li l-ekonomija Maltija ċkienet iktar minn kemm ċkienet l-ekonomija fl-UE.