Futbol Sport

Il-partita bejn Man Utd u Liverpool se tintlagħab fit-13 ta’ Mejju

Il-partita li kienet posposta nhar il-Ħadd bejn Manchester United u Liverpool se tintlagħab nhar il-Ħamis 13 ta’ Mejju fit-8.15pm.

Din il-partita kienet posposta wara li għadd ta’ partitarji ta’ Manchester United inġabru barra Old Trafford fejn kienu qed jipprotrestaw kontra l-familja Glazer li kienu parti mis-sidien li ffrumaw il-European Super League.

B’xi partitarji ta’ Manchester United jidħlu jipprotestaw anke fil-ground, kien deċiż li ħabbar s-sigurtà il-partita tkun posposta.

F’reazzjoni għal dan il-coach ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer qal li l-club irid jisma’ l-karba u tal-partitarji u appella biex il-protesti jkunu ċivili u mingħajr vjolenza.