Coronavirus Lokali

Il-Prim Ministru fi kwarantina wara li martu Lydia ttestjat pożittiva għall-COVID-19

Mart il-Prim Ministru, Lydia Abela rriżultat pożittiva għall-COVID-19 wara li fl-istess jum kienet ħadet it-tilqima.

F’post fuq facebook Robert Abela qal li martu ttestjat pożittiva wara test li għamlet minħabba impenji li kellhom fil-jiem li ġejjin. Huwa kiteb li Lydia tinsab tajba u ma kellha ebda sintomi.

Robert Abela u bintu Giorgia Mae rriżultaw fin-negattiv. Naturalment, dan ifisser li bdew perjodu ta’ kwarantina.

Iktar kmieni matul il-ġurnata Lydia Abela ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19.