Lokali

Il-Pulizija mhux qed tinvestiga il-kuntratt illegali ta’ €274 miljun ta’ San Vinċenz

Il-Pulizija jgħidu li l-investigazzjoni mhux meħtieġa

Il-Pulizija mhux qed tinvestiga il-kuntratt ta’ €274 miljun ta’ San Vinċenz li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġeneali sab li kiser il-liġi. Dan kien konfermat minn kelliem għall-korp tal-pulizija li meta mistoqsi minn Times of Malta qal li d-deċiżjoni “li f’dan l-istadju investigazzjoni tal-pulizija mhix meħtieġa”, ittieħdet wara laqgħa mal-NAO biex tiddiskuti r-rapport tagħha dwar l-istess il-kuntratt.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-NAO kkonkluda li l-kuntratt ta’ €274 miljun biex tinbena kċina u blokka residenzjali f’dan il-post li huwa mmexxi mill-Gvern, jista’ jkun invalidu minħabba li l-Ministeru tal-Familja, id-Dipartiment tal-Kuntratti u San Vinċenz de Paul kienu “aġixxew bi ksur tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi” meta taw il-kuntratt lill-Konsorzju JCL u MHC.

L-NAO sab li l-konsorzju kien ingħata l-kuntratt wara proċess ta’ sejħa għall-offerti meqjus bħala wieħed stramb li fih l-applikanti ġew mitluba joffru “investiment addizzjonali” mhux speċifikat bħala parti mill-offerta tagħhom. Wara li intrebġet l-offerta, l-“investiment addizzjonali” tal-konsorzju ġie modifikat biex jinkludi l-kostruzzjoni ta’ żewġ blokok residenzjali addizzjonali, li jiġu mmaniġġjati u provduti mill-konsorzju stess.

Filwaqt li l-Gvern qal li kiseb awtorizzazzjoni minħabba raġunijiet ta’ urġenza estrema, l-Awditur Ġenerali sab li ma jeżistux raġunijiet bħal dawn u li l-ftehim kellu jinfetaħ għall-kompetizzjoni esterna. Minkejja il-miljuni ta’ flus involuti, il-Kabinett ma kienx mitlub jiffirma fuq il-ftehim.