Futbol Sport

Imut Alan McLoughlin, eks player tar-Repubblika tal-Irlanda u Portsmouth

L-eks midfielder tar-Repubblika tal-Irlanda u Portsmouth Alan McLoughlin miet fl-età ta ’54 sena wara li f’Marzu li għadda sar magħruf li kien qed ibgħati mill-marda qerrieda tal-kanċer wara li fl-2012 kien operat għal tumur fil-kliewi.

McLoughlin imwieled f’Manchester, matul il-karriera lagħab ma’ Swindon Town u Southampton. Iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Irlanda fl-1990 fejn lagħab 42 partita għal pajjiżu .

McLoughlin huwa mfakkar l-aktar meta kien strumentali bil-gowl kontra l-Irlanda ta ’Fuq fid-draw ta’ 1 – 1 f’Windsor Park f’Novembru tal-1993 li permezz tiegħu r-Repubblika Irlandiża kkwalifikat għall-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1994.

Il-Federazzjoni tal-football tar-Repubblika Irlandiża tat ġiħ lil  McLoughlin, li skorja żewġ gowls f’karriera internazzjonali ta ‘ disa’ snin u kien fl-iskwadra għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1990 u l-1994. Fl-1996 kien rebaħ wkoll l-unur tal-Plejer tas-Sena tar-Repubblika Irlandiza.