Lokali Parlament

Inkonvinjenti kbar fi Pjazza de Paule

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li x-xogħlijiet ħżiena li saru fi Pjazza de Paule f’Raħal Ġdid qed jikkaġunaw problemi u inkonvinjenti kbar lir-residenti u lin-negozji li joperaw miż-żona.

Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici sostna li Pjazza de Paule f’Raħal Ġdid fiha problemi kbar li qed jikkaġunaw diffikultajiet fejn l-art saret kompletament ħażin. Hu qal li l-pjazza fiha ħsarat kbar minkejja li fiha saret nefqa qawwija; dan qed jikkaġuna wkoll problemi għan-negozji minħabba li n-nies mhux qed imorru fiż-żona. It-triq issa hi sfrundata b’inkonvinjenti ta’ ħsejjes tal-vetturi li jgħaddu mill-pjazza.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern mhux jisma’ lin-nies tan-negozju iżda l-gvern mhux jieħu azzjoni. Segretarju Parlamentari offra li jagħmilha ta’ medjatur biex is-sitwazzjoni tirranġa iżda din l-offerta kienet rifjuta. Hu fakkar li f’din il-pjazza l-gvern bidel l-ambjent fejn neħħa wkoll is-siġar; kollox sar ba pjan u n-negozji tal-pjazza llum naqsu d-dħul.

Id-deputat Nazzjonalista qal li t-triq kellha ssir tajba biżżejjed biex tiflaħ l-ammont kbir ta’ karozzi u vetturi li jgħaddu minnha. F’din il-pjazza dejjem kellha attività kbira fiha iżda issa dan kollu spiċċa, sostna Carm Mifsud Bonnici, li kkritika wkoll lill-gvern li issa qed jgħid li se jagħmel studju u laqgħat tekniċi dwar din it-triq. Bejn il-5.30 am u t-8.30 am għandu jkun permess li jsir bejgħ ta’ ċertu servizzi bħal ikel kif isir f’lokalitajiet oħra.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm ukoll funtani li ma jaħdmux u kompla li l-komunità ta’ Raħal Ġdid qed jilmenta iżda m’hu jsir xejn. Ma kienx hemm ukoll ħsieb dwar il-parkeġġ tal-karozzi jew fejn għandhom jimxu n-nies bla diffikultà.