Sport Sport Ieħor

Jingħata bidu għat-tieni fażi tal-BOV ePremier League

Mil-lejla jingħata bidu għat-tieni fażi tal-BOV ePremier League fejn llejla jingħata bidu għall-fażi tal-Playoffs ta’ din il-kompetizzjoni fejn uħud mill-aqwa players tal-logħba FIFA se jkunu qed jikkompetu kontra xulxin.

Il-partita ta’ llejla se jkunu mill-fażi tal-Playoffs se jkunu dawn:

Santa Lucia (Christian Spiteri) v Sirens (Kyle Calleja), Valletta (Shaun Dimech) v Birkirkara (Ryan Galea), Hibernians (Dunstan Vella) v Balzan (Isaac Kyle Grima), Gudja U. (Kursten Sciberras) v Mosta (Leon Vella), Żejtun C. (Gianluca Sant) v Sliema W. (Luke Bartolo), Tarxien R. (Ryan Cauchi) v Gżira U. (Brandon Galea), Lija A. (Alessandro Ebejer) v Floriana (Michael Owen Micallef), Ħamrun S. (Shaun Galea) v Senglea A. (Owen Galea)

Bir-rebbieħ tal-edizzjoni tas-sena li għaddiet Christian Spiteri ta’ Santa Lucia jibda bħala l-favorit li jirbaħ din l-edizzjoni wkoll hekk kif iddomina l-fażi tal-gruppi, se jkollu sfida minn Gianluca Sant ta’ Żejtun Corinthians u Shaun Galea ta’ Ħamrun Spartans, bil-player ta’ Hibernians Dunstan Vella wkoll jidher li se jkun fost l-isfidanti ewlenin.

Wara din il-fażi jkun imiss il-kwartifinali fejn mbagħad fl-aħħar fażi l-aħjar elementi minn din il-kompetizzjoni jirrapreżentaw lil pajjiża fil-FIFA 21 Global Series.

F’kummenti li ta lil NetNews, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li t-trasformazzjoni diġitali hija prinċipju importani fl-istrateġija tal-MFA, fejn mhux biss wettqet investiment fil-qasam tal-eSports iżda wkoll b’investiment b’saħħtu fit-timijiet nazzjonali fejn sar progress f’dak li għandu x’jaqsam ma’ data analitika.

Vassallo żied jgħid li l-MFA issieħbet ma’ dawk kollha li jrid jkabbru dan l-isport f’pajjiżna u anke waqqfet dipartiment fi ħdan l-assoċjazzjoni fejn għenet biex dan is-settur fl-isports ikompli jikber.