Coronavirus Internazzjonali Turiżmu

L-Italja se tiftaħ għat-turiżmu minn dan ix-xahar

Aktar tard dan ix-xahar, l-Italja se tkun qed tiftaħ għat-turiżmu. Bil-Prim Ministru Taljan Mario Draghi jinsisti li l-pajjiż huwa preparat għat-turisti.

Jidher li mit-tieni nofs ta’ Mejju, l-Italja se tibda tilqa’ uffiċjalment l-ewwel turisti għall-istaġun tas-Sajf wara kważi sena sħiħa li fiha dan is-settur kien kompletament wieqaf.

Draghi qed jisħaq li t-turiżmu huwa ċavetta importanti fil-Pjan ta’ Irkupru Ekonomiku li għandu l-pajjiż – pjan li ġie preżentat lill-UE il-ġimgħa li għaddiet.