Sport Sport Ieħor

Londra taspira li terġa tospita l-Olimpjadi fis-snin li ġejjin

Sadiq Khan sindku ta’ Londra kkummenta li jekk ikun ri-elett Sindku tal-kapitali Ingliża jgħamel minn kollox biex Londra tkun lesta torganizza l-Olimpijadi u Parolimpijadi.

Londra kienet organizzat l-Olimpijadi fl-2012 meta Ken Livngstone kien sindku ta’ Londra bil-Kumitat Organizattiv ikun immexxi minn Sebastian Coe.

Din il-ġimgħa għandhom isiru l-elezzjonijiet fejn Sadiq Khan jittama li mill-ġdid ikun elett Sindku . Jekk dan iseħħ lest li jħejji pjan ta’ kandidatura għall-Olimpijadi tal-2036 jew 2040.

Huwa qal li kandidatura Olimpika mhux biss tgħin lil isport fir-Renju Unit iżda wkoll fit-tfassil ta’ pjan ambjentali bi progetti bħal Crossrail 2 u estensjoni tal-istrazzjon tal-ferrovija minn Bakerloo apparti l-ħolqien ta’ impjiegi fit-twettieq ta’ dawn il-proġetti. Il-Park Olimpiku fi Stratford li nbena apposta fl-2012 skont Khan jista’ jintuża mill-ġdid bl-istess skop kif intuża fl-2012.

F’każ li Londra torganizza mill-ġdid Olimpijadi tkun ir-raba’ darba fl-istorja fejn qabel l-2012 organizzat wkoll l-edizzjonijiet tal-1908 u fl-1948

Sa issa għall-edizzjoni tal-2032 ma hemm ebda kandidatura formali minkejja li fi Frar li għadda l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali wera li approva li Brisbane tista’ tkun il-belt preferita għal dik l-edizzjoni.