Futbol Sport

Membru tal-familja Glazer jirrifjuta li jitlob apoloġija dwar il-European Super League

Avram Glazer, membru tal-familja Glazer li huma s-sidien ta’ Manchester United, waqt li kien affaċċjat mill-ġurnalisti fi Florida naqas milli jitlob apoloġija wara li t-tim tiegħu kien wieħed mit-12 -il tim li fformaw il-European Super League.

Ftit jiem wara l-kollass tal-European Super League, il-Viċi-Chairman Eżekuttiv ta’ Manchester United ħabbar li kien se jirriżenja.

Il-Ħadd li għadda għadd ta’ partitarji ta’ Manchester United inġabru quddiem Old Trafford fejn protestaw u talbu r-riżenja tas-sidien tal-club, b’uħud mill-partitarji jidħlu fl-istadium ukoll. Il-protesti waslu biex il-partita mill-Premier League bejn Manchester United u Liverpool kellha tiġi posposta.

Il-familja Glazer ilha fit-tmexxija tal-club ta’ Manchester United għal 16-il sena fejn bosta partitarji huma kontra l-mod ta’ kif il-club qiegħed jitmexxa.