Formula 1 Sport

Romain Grosjean se jirritorna fil-Formula 1 fil-Grand Prix ta’ Franza

Romain Grosjean se jkun qed jirritorna fil-Forumla 1 fejn se jkun qed jieħu sehem f’tellieqa ta’ esebizzjoni fil-Grand Prix ta’ Franza li se jkun qed isir fis-27 ta’ Ġunju. Grosjean se jkun qed isuq il-karozza ta’ Lewis Hamilton tas-sena li għaddiet li biha rebaħ il-kampjonat tal-Formula 1 għas-seba’ darba fil-karriera tiegħu.

Grosjean kellu jirtira fil-Grand Prix tal-Bahrian fl-istaġun li għadda wara inċident ikrah fejn anke kien sofra xi ħruq f’partijiet minn ġismu. Ic-CEO ta’ Mercedes Toto Wolff ftit jiem wara l-inċident kien qal li hu lest li jħalli lil Gorsjean isuq l-karozza ta’ Mercedes f’tellieqa ta’ esebizzjoni , l-istes kif qal ic-champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton.