Lokali

Suspetti raġonevoli ta’ ħasil ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu

70 rapport analitiku dwar suspetti raġonevoli ta’ ħasil ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu mibgħut lill-pulizija mill-FIAU fl-aħħar sena.

Hija din l-aħbar li ħarġet fl-aħħar sigħat dwar is-sitwazzjoni tas-settur finanzjarju f’pajjiżna meta l-Financial Inteligence Unit ippublikat ir-rapport annwali għas-sena 2020, sena li kienet deskritta diffiċli mid-Direttur Kenneth Farrugia.

Is-sena 2020 rat numru rekord ta’ rapporti ta’ attivitajiet suspettużi, b’total ta’ 5,175 rapport, żieda bi kważi d-doppju ta’ li saru fis-sena ta’ qabel u żieda ta’ kwazi 4,000 rapport mis-sena 2019. Dan filwaqt li inbagħtu aktar minn 4,500 rapport ta’ intelliġenza lill-awtoritajiet Maltin u anke oħrajn barranin. L-akbar ammont ta’ rapporti f’dak li għandu x’jaqsam entitajiet, ħarġu mis-settur tar-remote gaming, istituzzjonijiet tal-kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji u casinos. Dan filwaqt li n-nutara, l-accountants u l-awdituri, kellhom l-iktar ammont ta’ rapporti b’mod individwali.

L-FIAU kellha żieda fin-numru ta’ impjegati fejn minn 70 impjegat fl-2019, żdiedu għal 98 fl-2020. Skont ir-rakomandazzjonijiet li saru mill-European Bank Authority, il-Kummissjoni Ewropea, l-International Monetary Fund u l-Moneval, dawn iż-żiedet fl-impjegati għandu jkompli jiżdied, bil-mira tkun li minn 98 jitla’ għal 157 sa tmiem din is-sena.

Matul l-aħħar xhur l-FIAU għamlet 206 eżami ta’ superviżjoni fuq entitajiet li jaqgħu taħt il-Malta Financial Services Authority (MFSA) u l-Malta Gamin Authority (MGA). Minkejja is-70 rapport ta’ suspetti raġonevoli, l-FIAU tgħid li ġie osservat li b’mod ġenerali, madwar Malta hawn livell ta’ għarfien dwar dak li hu meħtieġ li jsir biex ikunu osservati l-liġijiet ta’ kontra l-ħasil ta’ flus.

Fi stqarrija l-FIAU spjegaw li kien hemm numru ta’ stanzi fejn instab ksur ta’ liġi li imbgħad kien irrimedjat u f’okkażjonijiet inarrġu multi fil-konfront tal-persuni jew il-kumpaniji li naqsu li jkunu konformi.