Sport Sport Ieħor

Tkompli tikber il-flotta tar-Rolex Middle Sea Race

Meta għadd fadal biss sitt xhur għall-bidu tat-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race sa issa rreġistraw 47 jott minn 17-il pajjiż differenti. Ir-Royal Malta Yacht Club huwa kunfidernt li din l-edizzjoni se tkun tista’ ssir bil-klabb jinsab għaddej b’ħidma biex jattira flotta mdaqqsa sakemm tippermetti l-COVID-19.

Il-kompetizzjoni ewlenija tidher li se tkun bejn l-iSkorpios li se titnieda dalwaqt u l-jott ta’ 30.4metru Maxi Comanche li wkoll se jkun qed jagħmel id-debutt tiegħu fit-tellieqa. Ir-Rolex Middle Sea Race li meqjusa bħala waħda li tilqa diversi nazzjonijiet fejn sa issa il-flotta tikkonsisti f’jottijiet li ġejjin mill-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit.

Matul is-snin, l-ekwipaġġi Maltin konsistentement għamlu unur lejn pajjiżhom, minkejja l-
kompetizzjoni qawwi minn nazzjonijiet li huma mgħarufa għall-ibburdjar. L-ewwel edizzjoni tat-tellieqa ntrebħet mid-dgħajsa lokali Josian u l-aħħar żewġ tlielaq intrebħu minn Elusive 2, jott ieħor Malti. It-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race tibda nhar is-Sibt, 23 ta ’Ottubru 2021.