Futbol Sport

UEFA Venue Director Malti għas-semi-finali tal-UEFA Ewropa League

Ivan Vella

Ġimgħa biss wara li Manchester United umiljaw lil AS Roma, b’rebħa ta’ 6-2 fl-ewwel tas-semi-finali tal-UEFA Europa League, għada l-Ħamis, it-Taljani se jkunu qed jilgħabu f’dahrom, f’Stadio Olimpico b’tama li jagħmlu dak li hu impossibli, possibli.

Bħal ma ġara kull darba li dan l-istaġun Roma lagħbu f’dahrom f’partita ta’ din il-kompetizzjoni Ewropea, il-UEFA Venue Director għal dan is-semi-finali se jkun il-Malti, Ivan Vella. Dan hu rwol prestiġjuż għal Vella u mhux anqas għal Malta, hekk kif dan l-inkarigu jinvolvi ħidma kemm fuq livell amministrattiv tal-kompetizzjoni rispettiva, kif ukoll l-operazzjoni kollha marbuta ma’ kull partita.

Ivan Vella fir-rwol ta’ UEFA Venue Director f’partita ta’ Roma.

Vella hu meqjus bħala wieħed mill-Maltin b’esperjenza kbira fil-UEFA u sal-lum kien f’din il-kariga ta’ UEFA Venue Director ta’ diversi klabbs fl-Ewropa, fosthom anke taċ-champions il-ġodda fl-Italja, Inter. Vella, li serva ukoll fir-rwol ta’ Tim Manager tat-tim nazzjonali Malti bejn l-2003 u l-2019, u f’dawn l-aħħar sentejn kien ukoll id-Direttur tat-Timijiet Nazzjonali, ħadem f’kumitati ta’ moniteraġġ mal-UEFA kif ukoll mal-FIFA. Illum Vella hu ċ-Chief Administration tal-Malta Football Association.