Lokali

X’se jagħmel Robert Abela wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il- kuntratti mogħtija f’San Vinċenz de Paul? – PN

Prime Minister Robert Abela visits social workers

Il-Gvern uża mezzi biex iqarraq u f’dan il-qerq ipparteċipaw membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela

Therese Comodini Cacha, kelliem tal-Oppożizzjoni għad-Drittijiet Umani u l-Governanza Tajba, tisħaq li għal kull rapport li sab irregolaritajiet serji fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, Robert Abela jirreaġixxi biss b’ħafna kliem fieragħ u jibqa’ ma jieħux azzjoni. Ir-reazzjoni ta’ Robert Abela din il-ġimgħa għar-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-kuntratti mogħtija f’San Vinċenz de Paule turi kemm huwa kontinwita’ ta’ politika ta’ ħabi, li twassal għal ħtif ta’ flus il-poplu b’mod qarrieqi.

Therese Comodini Cachia qalet li din il-ġimgħa Robert Abela ammetta li l-kuntratt li ngħata kellu jiġi approvat mill-Kabinett iżda ma ġiex hekk approvat. Robert Abela din il-ġimgħa rrikonoxxa li dan kien nuqqas serju. Iżda l-unika ħaġa li Robert Abela lest li jagħmel huwa li jixħet paroli qarrieqa fuq dan l-iskandlu għaliex għalih xejn mhu xejn.

Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali juri kif għal kuntratt li kellu jiswa kwazi €3 miljuni, l-poplu Malti spiċċa ħallas aktar minn €13-il miljun, jiġifieri mal-€10 miljun aktar. Ir-rapport juri wkoll kif il-Gvern ippubblika sejħa li fiha talab ‘investiment addizzjonali mingħajr spiża għal Gvern’, iżda li fl-aħħar dak ir-rigal li suppost kellu jkun mingħajr spiża spiċċa jiswa lill-poplu Malti aktar minn €273 miljun.

Għall-Oppożizzjoni dan ifisser li dak l-investiment addizzjonali b’xejn lill-Gvern kien mezz kif tqarraq. Qerq li fih ipparteċipaw membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela. Qerq li lill-poplu Malti qed jiswih aktar minn €273 miljun u qerq li skont l-istess rapport aktarx kien miftiehem minn qabel.

Therese Comodini Cachia tenfasizza li illum huwa ċar li għal dan il-qerq Robert Abela m’għandux rimedju. Minkejja diversi rapporti tal-Awditur Ġenerali fejn kważi f’kull kuntratt pubbliku ta’ valur sinjifikanti huwa esprima tħassib serju u irregolaritajiet, Robert Abela għadu jgħidilna li qed ifittex ir-rimedju.

L-Oppożizzjoni tistaqsi:

  1. X’qed jistenna Robert Abela biex jindirizza dawk l-irregolarijiet li l-Awditur Ġenerali
    sab f’dan il-kuntratt f’San Vinċenz de Paule?
  2. X’qed jistenna Robert Abela biex jindirizza dawk l-irregolaritajiet li l-Awditur
    Ġenerali sab fuq l-Electrogas, u fuq tal-Vitals fost oħrajn?
    communications@pn.org.mt
  3. Robert Abela lest li jkompli jagħmel tiegħu dawn il-proġetti minkejja l-iskandli li
    hemm fuqhom u allura jkompli jkun kompliċi?
  4. F’dan il-każ hemm erba’ membri tal-Kabinett li kienu involuti Michael Farrugia u
    Justyne Caruana kienu responsabbli għad-direct order u l-proċess tat-tender sa nofs
    l-2017 u Michael Falzon u Anthony Agius Decelis li kienu responsabbli wara
    l-elezzjoni tal-2017. Għal Robert Abela n-nuqqasijiet li seħħew taħt dawn il-membri
    tal-Kabinett m’huma xejn?
  5. Meta din il-ġimgħa qal li kien jippretendi li kuntratt bħal dan jittella’ quddiem
    il-Kabinett għall-approvazzjoni, issa li jaf fiċ-ċert li ma ttellgħax hu x’passi se jieħu?
  6. L-infiq ta’ flus il-poplu mill-Kabinett ta’ Abela mingħajr rażan u skont l-Awditur
    Ġenerali infiq li hemm dubji serji ta’ jekk seħħx almenu parti sostanzjali tiegħu bi
    ftehim qabel mas-sejħa saret pubblika, lil Abela dan ma jdejqux?, għalih dan mhu
    xejn?
  7. Robert Abela kien konsulent ta’ Joseph Muscat u tal-Kabinett minn Ġunju 2017.
    Bħala konsulent ta’ Muscat, Abela kien informah lil Muscat li kuntratt bħal dan kellu
    jiġi approvat mill-Kabinett? Abela kien ta’ xi parir fuq dan il-proġett?

L-Oppożizzjoni ttenni li tippretendi li kull min huwa politikament responsabbli għan-nuqqasijiet serji misjuba mill-Awditur Ġenerali għandu jerfa’ r-responsabbilita’ għal dawn in-nuqqasijiet. Minflok Gvern li jmexxi lil pajjiz b’kontinwita’ ta’ ħabi, ħtif u qerq, l-Oppożizzjoni trid tara lil Malta mmexxiha b’mod onest u trasparenti fejn il-Kabinett u l-Prim Ministru jerfgħu r-responsabbilta’ għall-infiq bla rażan u nfiq mimlija b’irregolaritajiet
li huma jinstabu li wettqu.