Il-proposti ġodda li fassal il-Partit Nazzjonalista marbuta fuq is-sistema tat-tassazzjoni fuq in-negozji, u l-enfasi li poġġew fuq il-ħtieġa ta’ sistema aktar ġusta ta’ tassazzjoni, qed isibu l-appoġġ mill-istakeholders f’dan il-qasam.
Fost dawk li faħħru dawn il-proposti kien hemm il-President tal-Kamra tan-Negozji ż-Żgħar u Medji Paul Abela u l-Kap Ezekuttiv tal-Kamra tan-Negozju t’Għawdex Daniel Borg.
Paul Abela spjega kif f’daż-żmien tant kruċjali għan negozji huma għandhom bżonn ta’ serħan il-moħħ mhux biss għal dak li hu l-futur tagħhom fl-immedjat, imma aktar w’aktar irid ikollhom il-possibiltà li jħarsu aktar lil hinn lejn is-snin li ġejjin sabiex ikomplu jikbru bl-investiment tagħhom.
Danile Borg f’isem il-Kamra tan-Negozju f’Għawdex, illi wkoll insista fuq il-ħtieġa ta’ sistema ta’ tassazzjoni aktar ekwa li tgħin lin-negozji Maltin u Għawdxin.
Borg saħaq fuq il-fatt li fl-aħħar mill-aħħar bniedem tan-negozju l-ewwel ma jrid ikollu hu l-assigurazzjoni ta’ stabbilita, u din l-istabbilita tista’ tasal ukoll permezz tas-sistema ta’ tassazzjoni li tinċentiva negozji speċifiċi.
Il-Partit Nazzjonalista din il-ġimgħa ppropona mudell ta’ tassazzjoni li jkun immodernizzat u li jżomm baxx il-piż tat-taxxi fuq il-familji Maltin u Għawdxin, filwaqt li jinċentiva dejjem aktar investiment mill-intraprizi f’pajjiżna. Proposti li sabu appoġġ qawwi mhux biss mill-esperti fil-qasam tat-tassazzjoni imma wkoll mill-ekonomisti u diversi entitatjiet.
//= $special ?>