Futbol Sport

Barcelona b’diskussjonijiet mar-rappreżentanti ta’ Sergio Aguero

(Ritratt: Sky Sports)

Barcelona bdew diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-attakkant ta’ Manchester City Sergio Aguero, li aktar kmieni ħabbar li se jkun qed iħalli lit-tim ta’ Pep Guardiola fl-aħħar tal-istaġun meta jiġi fi tmiemu l-kuntratt tiegħu.

Aguero skorja 258 gowl fi 387 partita ma’ Manchester City u minkejja li kien nieqes għal bosta partiti dan l-istaġun minħabba injury fit-tul mistenni jkun strumentali fit-tim tas-Citizens hekk kif fid-29 ta’ Mejju jilgħabu l-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea.