Fl-aħħar 24 siegħa instabu 9 każi ġodda ta’ Coronavirus. Fl-istess żmien 29 persuna kienu dikjarati mfejqa mill-virus. Il-każi attivi issa huma 260 hekk kif fortunatament, għal jum ieħor, ma kienx hemm fatalitajiet u n-numru ta’ vittmi f’pajjiżna baqa’ 416.
Sadanittant kompla t-tilqim u sal-bieraħ 359,429 persuna ingħataw it-tilqima b’112,731 ikunu mlaqqma bit-tieni doża.
Minn Marzu tal-2020, f’pajjiżna kellna 30,420 każ li minnhom fiequ 29,744.
//= $special ?>