Internazzjonali

Il-kantanti jsellmu lil Nick Kamen…

Numru ta’ kantanti rinomati – fosthom is-superstar, Madonna – qed isellmu lill-memorja  tal-kantant, attur u mudell, Nick Kamen, li kien famuż ħafna fis-snin tmenin għal diversi kanzunetti popolari u fejn ikkollabora wkoll mal-istess Madonna fuq il-kanzunetta Each Time You Break My Heart li fl-1987 telgħet fit-Top Five tal-aqwa hits kontemporanji.

Kamen (ismu proprju Ivor Neville Kamen) kien sar magħruf għall-ewwel darba permezz ta’ reklam tal-1985 għal jeans tal-Levi’s. Intant hu miet din il-ġimgħa fl-età ta’ 59 sena u Madonna kienet fost l-ewwel ismijiet mid-dinja tal-mużika li sellmet il-memorja tiegħu b’messaġġ online.

Is-suċċessi ta’ Kamen, lejn l-aħħar tat-tmeninijiet jinkludu Loving You Is Sweeter Than Ever; Win Your Love; Nobody Else, Turn It Up u Open The Door to Your Heart.