Lokali

Il-Pulizija mitluba jinvestigaw lill-Ministru Carmelo Abela

Il-Pulizija intalbet biex tinvestiga lill-Ministru Carmelo Abela wara li nstab li nefaq fondi pubbliċi għal promozzjoni personali.

Din it-talba saret mill-għaqda Repubblika. Permezz ta’ ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija. il-President ta’ Repubblika Robert Aquilina fakkar dwar ir-rapport tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika li kien ikkonkluda li Carmelo Abela għamel użu ħażin minn flejjes pubbliċi għal vantaġġ privat tiegħu.

Hu fakkar li huwa illegali li uffiċjal jew impjegat pubbliku jagħmel użu ħażin minn flejjes tal-Gvern li jkun fdati lilu minħabba l-kariga jew l-impjieg tiegħu.

Repubblika għaldaqstant sejħet sabiex il-Korp tal-Pulizija jinvestiga u jieħu kwalunkwe azzjoni li jidhirlu meħtieġa fiċ-ċirkostanzi.