Futbol Sport

Illejla jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-UEFA Europa League

(Ritratt: EPA)

Illejla jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-UEFA Europa League fi Stadio Olimpico, Roma jilgħabu kontra Manchester United bit-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer diġa għandu sieq waħda fil-finali hekk kif bl-aktar mod konvinċenti rebħa l-ewwel leg f’Old Trafford 6-2.

Minn naħa l-oħra, il-partita bejn Arsenal u Villarreal għadha miftuħa beraħ hekk kif fl-ewwel leg Villarreal f’darhom rebħu 2-1, bil-gowl away jista’ jgħin ħafna lill-Gunners biex jikkwalifikaw għall-finali.

UEFA EUROPA LEAGUE

Semifinali: Illejla: Roma v Man Utd 9.00pm, Arsenal v Villarreal 9.00pm