Lokali

“Irridu naħdmu flimkien b’għan wieħed f’direzzjoni waħda” – Bernard Grech

“Jiena wegħedt li se nkun qed ngħaqqad il-Partit u għidt li hemm bżonn inbiddlu l-atitudni tagħna u naħdmu flimkien b’għan wieħed f’direzzjoni  waħda”.

Stqarrija ċara mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista waqt xandira diretta fuq Facebook fejn kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ dawk li kienu qed isegwu x-xandira.

“JIENA NEMMEN FIL-MEDJAZZJONI, NEMMEN FIL-PERSWAŻJONI IMMA NEMMEN UKOLL FID-DEĊIŻJONIJIET IEBSA. FEJN MA JASLUX IL-MEDJAZZJONI U L-PERSWAŻJONI JASLU ANKE D-DEĊIŻJONIJIET IEBSA. M’GĦANDIX DUBJU LI WARA LLUM IL-PN SE JKUN AKTAR B’SAĦTU MILLI KIEN ILBIERAĦ. PN AKTAR B’SAĦTU U LI JAĦDEM FLIMKIEN  HUWA PN LI JISTA JKUN L-ALTERNATTIVA LI GĦANDEK BŻONN INTI. LI GĦANDU BŻONN IL-POPLU MALTI

Bernard Grech qal li l-pajjiż jeħtieġ jara bidla li ġġib aktar rispett lejn il-valur tax-xogħol u tal-abbiltàjjiet tal-persuni, biex minbarra l-ġid komuni, jissaħħaħ ukoll l-individwu.

“JIENA NEMMEN LI DAN HUWA WKOLL IBBAŻAT FUQ IL-ĠID INDIVIDWALI LI JASAL GĦAX IL-PERSUNI JASLU ANKE BIL-ĦILA TAS-SOĊJETÀ. KULL PERSUNA LI TISSAĦĦAĦ TFISSER SOĊJETÀ AKTAR B’SAĦĦITHA

Il-Kap tal-PN wieġeb mistoqsijiet dwar dak li qed jippropni l-Partit fil-qasam tat-tassazzjoni, proposta għal sistema ta’ tassazzjoni moderna li tħaffef il-piż minn fuq il-familji u n-negozji.

“DAK LI M’GĦAMILX GVERN LABURISTA FI 8 SNIN SE NAGĦMLUH AHNA. JIENA NWIEGĦED LI RRID SISTEMA TA’ TASSAZZJONI ĠUSTA LI TAGĦTI L-OPPORTUNITA LI TIKKOMPETI ON A LEVEL PLAYING FIELD

Dwar il-proposta tal-Partit għat-tnaqqis tal-VAT fuq ir-ristoranti fost l-oħrajn Bernard Grech qal li din tista’ tpoġġi lil pajjiżna fuq livell ġdid fil-qasam turistiku imma mhux biss.

“AĦNA FIDUĊJUŻI LI DIN SE ĠĠIB RIVOLUZZJOI FIL-PAKKETT TURISTIKU PERO SE ĠĠIB UKOLL AKTAR QLIGĦ LILL-GVERN AKTAR QLIGH LILL PAJJIŻ U SE TKOMPLI SSAĦĦAĦ IL-BWIET TAL-IMPRENDITURI IMMA ANKE TAL-ĦADDIEMA OĦRAJN LI JIEKLU DIRETTAMENT MIT-TURIŻMU

Għal mistoqsijiet dwar l-anzjani u l-isfidi finanzjarji li jiffaċċaw, Bernard Grech qal li Gvernijiet differenti ħadmu biex itejbu s-sitwazzjoni finanzjarji tal-anzjani tul is-snin madankollu maż-zmien jinħolqu anomaliji ġodda.

“L-ISSUES LI QED NIDENTIFIKAW U LI HUMA ĦAFNA SE NKUNU QEGĦDIN NINDIRIZZAWHOM U ĦA NTUKOM L-AĦJAR SOLUZZJONI GĦALIHOM

Għal mistoqsija dwar is-saħħa mentali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li jridu minnufih ikunu ndirizzati l-isfidi f’dan il-qasam.

“PARTIT NAZZJONALISTA LI JRID TASSEW JINDIRIZZA L-ISSUES KOLLHA TAN-NIES MA JISTAX MA JINDIRIZZAX UKOLL IS-SAĦĦA MENTALI U FIŻ-ŻMIEN LI ĠEJ SE NVARAW IL-PROPOSTI TAGĦNA MHUX BISS DWAR IL-BINJIET IMMA WKOLL GĦAL SERVIZZI AĦJAR U EDUKAZZJON AKBAR

Nitkellmu Flimkien hija pjattaforma li ta kull ġimgħa qed tagħti spazju lil kull min irid jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista sabiex jagħmel dan, b’Bernard Grech iwieġeb dwar l-aktar kwestjonijet li qed iħassbu lid-diversi persuni