Sport Sport Ieħor

Issir il-prova ġenerali tal-maratona tal-Olimpjadi

Spettaturi ġew imħeġġa jibqgħu ‘l bogħod mir-toroq ewlenin ta’ Sapporo f’mument meta saret il-prova ġenerali tal-maratona tal-Olimpjadi .

Prova li saret taħt kundizzjonijiet stretti minħabba l-koronavirus f’mument meta fil-Ġappun hemm żieda fil-każijiet pożittivi għal Covid li qed toħloq tensjoni fost il-pubbliku .

L-istess spettaturi ma setgħux jgħajjtu jew jinkoraġixxu lil maratoneti skont l-aħħar protokoll b’rabta mal-Olimpijadi.

Il-Kenjan Hillary Kipkoech rebaħ in-nofs maratona ta ‘l-irġiel skalata f’siegħa u 46 sekonda u l-Ġappuniża Mao Ichiyama rebħet dik tan-nisa f’siegħa 9 minuti u 28 sekonda .

Il-maratona kienet fiċ-ċentru tal-kontroversja fil-bidu oriġinali tal-Logħob tal-2020, meta ġiet trasferita lejn Sapporo minn Tokyo biex tevita s-sħana tas-sajf li ttaħkem il-kapitali.

Stħarriġ pubbliku juri li l-maġġoranza tan-nies fil-Ġappun iridu kanċellazzjoni jew posponiment ulterjuri tal-Olimpijadi li għandhom jibdew fit-23 ta ’Lulju.

Tokyo, Osaka u reġjuni oħra bħalissa jinsabu taħt stat ta’ emerġenza minhabba l-pandemija biex iwaqqfu l-każijiet li qegħdin jiżdiedu, filwaqt li t-teħid tal-vaċċin fil-pajjiż qed jimxi bil-mod.