Sport Sport Ieħor

It-tim nazzjonali Malti tal-għawm artistiku f’kompetizzjoni fil-Bulgarija

It-tim nazzjonali Malti tal-għawm artistiku taħt it-tmexxija l-coach Michelle Hubner u l-assistent coach Hannah Preca Trapani se jkunu qed jieħdu sehem f’kompetizzjoni f’Blagoevgrad li se tkun qed issir fil-Bulharij bejn is-7 u d-9 ta’ Mejju.

It-tim Malti hu ffurmat minn: Thea Blake, Davida Bonanno (Captain), Tara Bonnici Peresso, Ana Culic, Elisa Marie Friggieri, Katarina Galea Curmi, Ana Grech, Thea Grima Buttigieg, Valentina Marchi, Kelly Ann Sargent, Nicole Tomic Felice and Hannah Xuereb.

Qabel ma jħallu pajjiżna għall-1st International Artistic Swimming Tournament “Pirin”, l-għawwiema Maltin se jkunu qed jitħarrġu kemm fil-pixxina għal sessjonijiet tal-għawm kif ukoll sessjonijiet tal-ġinnastika. Din il-kompetizzjoni se tkun qed isservi bħala preparazzjoni għal-LEN European Junior Artistic Swimming Championships li se jinżammu f’pajjiżna bejn it-30 ta’ Ġunju u l-4 ta’ Lulju.