Futbol Sport

L-eks goalkeeper tal-Ġermanja Jens Lehmann jitkeċċa wara kummenti razzisti

L-eks goalkeeper tal-Ġermanja u eks goalkeeper ta’ Arsenal Jens Lehmann tkeċċa mill-kariga tiegħu fil-board ta’ Hertha Berlin wara kummenti razzisti fil-konfront tal-opinjonista Dennis Aogo.

Aogo li jaħdem ma’ ‘Sky Germany’ tefa’ ritratt fuq il-midja soċjali tal-kummenti ta’ Lehmann, bl-eks goalkeeper ta’ Arsenal jitlob apoloġija b’mid immedjat. Il-grupp ta’ investiment Tennor Holding li huwa rappreżentat minn Jens Lehmann fit-tim ta’ Hertha Berlin.

Il-President ta’ Hertha Berlin Werner Gegenbauer qal li dawn il-kummenti jmorru kontra l-valuri tal-club filwaqt li laqgħu l-azzjoni li ħadu Tennor Holding. Aogo li għandu 34 sena fil-passat lagħab ma’ Hamburg u Stuttgart fejn lagħab ukoll 12-il darba għat-tim nazzjonali Ġermaniż. Lehmann lagħab 200 partita ma’ Arsenal qabel ma rtira 2011.