Sport Sport Ieħor

L-isport ta’ kuntatt, gyms u pixxini se jirritornaw mill-24 ta’ Mejju

Mill-24 ta’ Mejju se jkun jista’ jirritorna l-isport ta’ kuntatt, wara li dan kien twaqqaf fl-10 ta’ Marzu li għadda bħala miżura kontra l-firxa tal-COVID-19, bl-ewwel passi fir-rilaxx ta’ miżuri b’rabta mal-attività sportiva se jkunu qed jittieħdu minn nhar it-Tnejn fejn se jkun jista’ jirritorna l-isportta’ mingħajr kuntatt u dak professjonali.

Dan kien imħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Prim Ministru u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, fejn tħabbar ukoll li l-gyms u l-pixxini se jkunu jistgħu jiftħu mill-24 ta’ Mejju wkoll. Fl-istess konferenza tħabbar li l-isport ta’ kuntatt f’tim se jkun jista jirritorna mis-7 ta’ Ġunju filwaqt li qed ikun ikkonsidrat li jintuża l-passaport ta’ vaċċinazzjoni biex jitħallew jidħlu l-partitarji fl-istadium aktar ‘il quddiem.