L-MUT ħabbret li qiegħda f’kuntatt mal-awtoritajiet dwar video li qiegħed jiġi xxerjat fuq il-media soċjali fejn fih student iffilmja lilu nnifsu jagħmel abbuż sesswali verbali fuq l-edukatur tiegħu fil-klassi quddiem sħabu.
L-MUT tiddeplora dan l-abbuż, kemm fuq l-edukatur u anki fuq sħabu l-istudenti. Il-union tistenna rispett lejn l-edukaturi u ma tittollera l-ebda tip ta’ abbuż. Fid-dawl ta’ dan, l-MUT għamlet rapport lill-pulizija rigward dan il-video u talbet investigazzjoni mill-aktar fis mill-Ministeru għall-Edukazzjoni.
//= $special ?>