Lokali

Lukanda u żewġ blokok appartamenti minflok il-Grand Hotel Verdala f’Tal-Virtù

Approvata l-applikazzjoni mill-Awtoritá tal-Ippjanar sabiex il-lukanda Grand Hotel Verdala fiż-żona tal-Virtù fir-Rabat, hekk kif minflokha se jkunu qed jinbnew żewġ blokok residenzjali kif ukoll lukanda.

Din il-lukanda se tikkonsisti minn 17-il kamra deskritti bħala ‘aparthotel’ kif ukoll 26 kamra għar-residenti.

Dan filwaqt li ż-żewġ blokok l-oħra se jkun fihom 39 appartament u 47 appartament rispettivament.

Iż-żona se tkun mgħamra wkoll b’176 spazju ta’ parkeġġ għall-vetturi.