Coronavirus Ekonomija Lokali Turiżmu

“Il-pandemija għadha fostna” – Chris Fearne

Minn nhar it-Tnejn jiftħu r-ristoranti u snackbars sal-5pm

Fl-24 ta’ Mejju, il-Gvern qed jippjana li jiftaħ ir-ristoranti u l-isnack bars sa nofs il-lejl. Dan filwaqt li jiftħu l-pools sat-8pm. Il-gyms ukoll se jiftħu f’din id-data, u jkun jista’ jibda dak li jissejjaħ contact sports (mhux team sport).

Dwar ir-ristoranti, xorta jibqa’ il-limitu ta’ 4 persuni fuq kull mejda.

Dan tħabbar illum mill-Ministru tas-Saħħa, illi xorta appella għall-kawtela għaliex “il-pandemija għadha fostna”.

Chris Fearne qal li fl-1 ta’ Ġunju l-pajjiż se jkun qed jiftaħ għat-turiżmu.

It-tiġijiet ukoll se jibdew mill-1 ta’ Ġunju, filwaqt li fl-istess data jiftħu l-Iskejjel tal-Ingliż.

Fis-7 ta’ Ġunju, il-pjan hu li r-ristoranti jkunu jistgħu jżidu l-persuni fuq kull mejda minn 4 għal 6. Dan filwaqt li jiftħu t-teatri u ċ-ċinema.

Fis-7 ta’ Ġunju jiftħu wkoll il-barijiet, il-każini, u l-postijiet tal-gaming.

Dwar l-avvenimenti tal-massa, Chris Fearne ma ta ebda data. Filwaqt li kważi elimina għal kollox il-possibbiltà li jsiru l-festi b’mod li jiġbru ammonti kbar ta’ nies flimkien – għalkemm dwar dan, għad irid isir djalogu ma’ rappreżentanti tal-Kurja.