Futbol Sport

Partitarji ta’ Arsenal jinġabru quddiem l-istadium qabel is-semifinali tal-Europa League

(Ritratt: EPA)

Għadd ta’ partitarji ta’ Arsenal għat-tieni darba nġabru jipprotestaw barra l-Emirates Stadium ftit qabel is-semifinali tal-UEFA Europa League. Il-partitarji ta’ Arsenal l-istess bħal ta’ Manchester United qed jitolbu għar-riżenja tas-sidien tal-club wara li dawn kienu parti mit-12-il tim li fforma l-European Super League.

Illejla, Arsenal jilgħabu kontra Villarreal fit-tieni leg tas-semifinali tal-Europa League fejn jinsabu fi żvantaġġ ta’ 2-1.