Lokali

Proposti minn Repubblika biex ma jkunx hemm abbuż f’kampanji ta’ reklamar

L-għaqda tas-soċjetà ċivili Repubblika ressqet Linji Gwida sabiex ikun hemm struttura ċara fuq il-mod kif jintefqu l-flus għal kampanji ta’ reklamar minn Ministri u Segretarji Parlamentari. Dan wara l-abbuż u l-ksur ta’ etika li instab mill-Kummissarju tal-Istandards fil-każ tal-Ministru Carmelo Abela.

Repubblika ħadet dan il-pass wara li l-Prim Ministru baqa’ ma ppubblika ebda Linji Gwida. Il-proposti li tressqu huma ibbażati fuq mudelli barranin, li diġa’ huma applikati f’pajjiżi bħall-Kanada u r-Renju Unit.

Il-Linji Gwida jipproponu t-twaqqif ta’ Kumitat Indipendenti responsabbli mill-komunikazzjoni. Dan il-proċess għandu jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Finanzi, u kull tip ta’ kampanja promozzjonali mill-Gvern għandha tkun approvata minn dan il-Kumitat Indipendenti.

Repubblika qed tipproponi dawn il-Linji Gwida li huma ibbażati fuq 53 punt.