Il-Partit Nazzjonalista ħassar il-laqgħa tal-Eżekuttiv li kienet imsejħa għal llejla, u
dan in vista tal-istqarrija konġunta bejn id-deputati tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u
Jason Azzopardi.
Fl-istqarrija taż-żewġ deputati Nazzjonalisti ssir referenza għal dak li nqala’ wara posts li ttellgħu fuq il-mezzi soċjali nhar it-Tlieta li għaddew, waqt laqgħa li saret illum fid-Dar Ċentrali.
Jason Azzopardi u Adrian Delia ddikkjaraw li:
- Fil-post imtella’ minn Jason Azzopardi ma kien hemm l-ebda intenzjoni li tinftiehem
xi referenza għal Adrian Delia fil-kuntest tas-sentenza tal-Qorti hemm imsemmija. - Kemm Jason Azzopardi kif ukoll Adrian Delia jagħrfu rispettivament f’xulxin politiċi
impenjati bis-sħiħ fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-ħajja pubblika, li fniet lil pajjiżna
sa mill-bidu nett tal-amministrazzjoni Laburista b’kuntratt ivvizzjat wieħed wara lieħor. - F’dan il-kontest Jason Azzopardi jagħraf li Adrian Delia qiegħed jiġġieled waħdu u
b’sogru għalih fil-Qorti l-ġlieda kontra l-kuntratt ivvizzjat tal-isptarijiet ta’ Vitals. - Fl-istess kontest Adrian Delia jagħraf li Jason Azzopardi qiegħed fuq quddiem nett filġlieda kontra l-każijiet ta’ korruzzjoni f’pajjiżna li b’hekk inkixfu pubblikament u dan
b’riskju għalih. - Jason Azzopardi jiddikjara wkoll li Adrian Delia ma huwiex fil-but ta’ ebda negozjant
u jiġġieled għalhekk il-korruzzjoni mingħajr xkiel jew kompromessi.
F’dan il-kontest ukoll huwa m’għandux għalfejn jaħseb illi b’xi mod il-Partit
Nazzjonalista mmexxi minn Adrian Delia jew Adrian Delia nnifsu għamel xi azzjoni
jew ħa xi deċiżjoni biex David Casa ma jkunx elett bħala Membru Parlamentari
Ewropew u li ma jirriżultalux li hemm il-mijiet ta’ messaġġi bejn Yorgen Fenech u
Adrian Delia. - Adrian Delia u Jason Azzopardi huma mpenjati bis-sħiħ biex flimkien mal-Partit
Nazzjonalista kollu kemm hu, ikomplu jiġġieldu mingħajr biża u mingħajr favuri sabiex
terġa tirrenja f’pajjiżna s-Saltna tad-Dritt u sabiex mill-ġdid pajjiżna jaspira li jkompli
miexi ‘l quddiem b’indafa fil-ħajja pubblika u b’ġustizzja fejn kulħad ikun ugwali
quddiem il-liġi. - Adrian Delia u Jason Azzopardi jimpenjaw ruħhom li jkomplu jiddedikaw l-enerġiji u
l-ħiliet kollha tagħhom favur il-Partit Nazzjonalista u sabiex l-istess Partit Nazzjonalista
joħroġ bħala l-partit rebbieħ fl-Elezzjoni Ġenerali li ġejja.