Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq mutur

Għall-ħabta tad-9 ta’ dalgħodu, raġel ta’ 31 sena residenti Wied il-Għajn sofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ minn fuqu fi Triq Santa Duminka, Ħaż-Żabbar.

Fortunatament, ir-raġel jista’ jeħlisha b’waħda hekk kif il-konsegwenzi setgħu kienu ferm ara. Fil-fatt, wara li waqa’ minn fuq il-mutur, l-istess mutur baqa’ jitkaxkar tul it-triq sakemm finalment kellu impatt ma’ vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Fgura.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-distrett u tim mediku fejn ħaduh l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.