Lokali

Raġel ferut kawża ta’ inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Ritratt: Bernie Dimech

Persuna qed issofri minn xi ġrieħi wara li seħħ inċident tat-traffiku bejn żewġ vetturi fi Triq il-Parroċċa għall-ħabta tas-12:50pm.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-distrett, membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn wara li taw l-ewwel għajnuna, il-vittma ttieħed l-Isptar għal iktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Persuni fuq il-post qalu ma’ Net News li jidher li r-raġel li kien qed isuq vann, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’vettura oħra li kienet ipparkjata tant li spiċċat ġiet imbuttata għal fuq il-bankina bid-daqqa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.