Coronavirus Lokali Turiżmu

Clayton Bartolo ma jgħidx xi pjan tħejja mill-Gvern għat-turiżmu

Pajjiżi Ewropej diġà prezentaw pjan ċar – oħrajn se jiftħu għat-turiżmu fi ftit tal-ġranet oħra.

Iżda l-Gvern Malti għadu bla pjan konkret dwar kif se jikkompeti fit-turiżmu ma’ gżejjer oħra fil-Mediterran inkluż Ċipru u l-gżejjer Balejariċi.

Mistoqsi minn Net News, il-Ministru tat-Turizmu Clayton Bartolo ma tal-ebda forma ta’ pjan dwar kif se jwettaq din l-istrateġija u qalilna biss li se jagħmel kampanja ta’ marketing.

Saqsejna wkoll lill-Ministru fuq liema protokolli se jkunu qed jimxu t-turisti f’pajjiżna, ikluż fejn jidħlu l-cruise liners u turisti li jinġabru fi gruppi għal excersions.

Intant, waqt il-bullettin mediku tal-Ġimgħa, il-Professur Charmaine Gauci qalet li t-tfal ikunu jistgħu jsiefru biss mal-ġenituri tagħhom li jkollhom il-passaport tal-vaċċin jekk jippreżentaw PCR test negattiv.