Internazzjonali

Covid-19: Stennija kbira għall-ftuħ tal-fruntiera tal-Portugall ma’ Spanja

Il-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri bejn il-Portugall u Spanja wara ġimgħat ta’ lockdown u restrizzjonijiet qed jitqies bħala ‘eżempju ta’ effiċjenza u mudell ta’ koordinazzjoni preċiża’ għall-Ewropa – biż-żewġ pajjiżi anki qed jieħdu passi sinifikanti lejn il-ftuħ mill-ġdid tas-settur turistiku għas-sajf.

Il-Prim Ministru Portugiż, Antonio Costa, ħabbar jiem ilu li l-Portugall kien qed jiftaħ il-fruntieri mill-art wara li rnexxew il-miżuri għall-kontroll tal-virus fil-pajjiż. Dan il-pass hu wieħed importanti ħafna għall-ħaddiema Portugiżi li jaħdmu fi Spanja kif ukoll għan-negozji lokali.

Intant, mistenni li Spanja, mill-Ħadd, mistennija tħabbar uffiċjalment li qed terġa’ tiftaħ il-fruntieri tagħha mal-Portugall kif ukoll  ma’ Franza.

Fl-istess ħin, iz-zona ta’ Galicia, fi Spanja, għadha iżolata minħabba l-effetti tal-Covid-19 u kulmin jidħol jew joħroġ mill-inħawi mingħajr ġustifikazzjoni valida jista’ ikun akkużat b’reat.