Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:10pm, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fil-post u sewwieq ta’ mutur informa lill-Pulizija li waqt li kien għaddej bil-mutur tal-għamla Honda CBR, intlaqat minn vettura li baqgħet sejra.
Tim mediku assista lir-raġel, ta’ 30 sena residenti Ħ’Attard u ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>