Lokali

Għada: Maratona ġbir ta’ fondi ”GĦAT-TFAL KOLLHA….KOLLHA!!”

”GĦAT-TFAL KOLLHA….KOLLHA!!” – Hija din il-maratona ġbir ta’ fondi li se ssir s-Sibt 8 ta’ Mejju… maratona li tibda f’nofsinhar u tibqa għaddejja sa nofsillejl. Din il-maratona se ssir b’risq The Malta Trust Foundation, u se tixxandar fuq l-istazzjonjiet kollha.

Fl-aħħar ġimgħat, il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, li tmexxi l-Malta Trust Foundations, kienet intervistata dwar din il-maratona waqt il-programm Newsroom fuq Net Television. Il-pubbliku se jkun jista’ jagħti d-donazzjonijiet tiegħu ta’ €25, u €50 waqt din il-maratona billi jċempel kif ukoll b’donazzjonijiet permezz ta’ BOV mobile.

25€ – 51802019

50€ – 51902071

BOV mobile – 79520040