L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering qed tappella lill-Gvern biex b’mod immedjat jibdew jitqassmu l-vouchers b’irkupru għad-daqqa ta’ ħarta li għadd ta’ negozji ħadu matul l-aħħar xhur kaġun tal-pandemija.
Huma qed jisħqu li l-vouchers għandhom jingħataw prijorità biex in-nies ikunu mħeġġa iżuru ristoranti f’pajjiżna. L-Assoċjazzjoni saħqet li l-vouchers se jkunu qed jgħinu lis-settur tal-ospitalità.
Fl-aħħar xhur, il-Gvern kien ikkonferma li hemm stennija tat-tieni round ta’ €100 vouchers għal dawk kollha ’l fuq minn 16-il sena iżda l-Ministru Silvio Schembri insista li l-vouchers se joħorġu “meta minnhom nistgħu nieħdu l-aqwa benefiċċju”.
F’konferenzi li saru fl-aħħar ġimgħat għar-rilaxx ta’ miżuri, fl-ebda mument ma ssemmew meta possibilment se jinħarġu l-vouchers.