Futbol Sport

Juventus, Barcelona u Real Madrid se jaffaċċjaw azzjonijiet dixxiplinarji mill-UEFA

Is-saga tal-European Super League baqgħat tiddomina x-xena sportiva internazzjonali, hekk kif il-clubs ta’ Juventus, Barcelona u Real Madrid mistennija jaffaċċjaw azzjonijiet dixxiplinarji minn naħa tal-UEFA wara li naqsu milli joħorġu mill-European Super League.

Id-disa’ clubs l-oħra, jiġifieri, Man Utd, Man City, Arsenal, Tottenham, Chelsea, Liverpool, Milan, Inter u Atletico Madrid, qablu li jħallu l-European Super League u mistennija jagħmlu telf ta’ 5% mid-dħul finanzjarju li jagħmlu mill-kompetizzjonijiet Ewropej.