Gabriel Micallef ingħaqad fil-Young Elected Politicians Network tal-Kumitat tar-Reġjuni f’isem il-Grupp tal-EPP.
F’post fuq il-mezzi soċjali qal li se juża din l-opportunità biex jiżgura li ż-żgħażagħ Maltin ikollom rwol aktar importanti biex jaraw li l-Ewropa tirrifletti l-aspirazzjonijiet tagħhom u toħloq aktar opportunitajiet għal kulħadd.
Huwa żied jgħid li se jagħmel ħiltu kollha biex jara li Malta żżid l-għarfien dwar l-ambjent u verament tlaħħaq mal-istandards Ewropej dwar il-ħarsien tal-ambjent.
Il-Young Elected Politicians Network huwa netwerk ta’ politiċi stabbiliti mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni magħmul minn politiċi żgħażagħ li għandhom interess fil-livell lokali jew reġjonali fl-UE. L-għan ta’ dan in-netwerk huwa li jkun hemm l-aħjar prattika fost il-politiċi lokali u reġjonali, isib opportunitajiet ġodda offruti mill-Unjoni Ewropea għall-kunsilli u r-reġjuni lokali u kif ukoll jitkellem għall-kunsilli lokali tal-UE fil-proċess leġiżlattiv Ewropew.
//= $special ?>